Kontraskarpa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija

Skarpa u kontraskarpa huma l-ġnub ta' ġewwa u ta' barra, rispettivament, ta' foss użat fil-fortifikazzjonijiet. L-attakkanti (jekk ma jaqbżux il-foss b'xi mod) iridu jinżlu mal-kontraskarpa u jitilgħu l-iskarpa. F'fortifikazzjonijiet permanenti, l-iskarpa u l-kontraskarpa jistgħu jkunu miksija bil-ġebel. F'fortifikazzjonijiet anqas permanenti, il-kontraskarpa tista' tkun miksija b'xibka tal-ħadid angolata biex ma tagħti l-ebda kopertura lill-attakkanti u tagħmel l-avvanz u l-irtirar aktar diffiċli.

[1] [2]

Gallerija tal-kontraskarpa

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-gallerija tal-kontraskarpa f'Southsea Castle f'Portsmouth, l-Ingilterra

Ġieli jidhru ukoll mini jew “galleriji” li nbnew wara l-ħajt tal-kontrascarpa ġewwa l-foss jew foss. Kull gallerija hija mtaqqba b'lakuni għall-ixkubetti biex jisparaw direttament fuq forzi attakkanti li jirnexxiehom jidħlu fil-foss. Il-galleriji tal-kontraskarpa kienu ġeneralment mibnija fl-angoli tal-foss biex jagħtu l-akbar firxa ta' difiża bin-nar. Kultant, batteriji tal-artillerija b'ħajt doblu kienu jkunu mibnija fil-kontraskarpa, iżda kienu aktar komunement iddisinjati għall-armi tal-infanterija biss. Il-galleriji kienu ġeneralment konnessi mal-binja prinċipali tal-forti permezz ta' mina li tgħaddi minn taħt il-foss, jew minn gallerija mibnija madwar l-art tal-foss.[3]

  1. ^ Clonmel: Its Monastery, and Siege by Cromwell From Duffy's Hibernian Magazine, Vol. III, No. 14, August 1861
  2. ^ The term "scarp" is from the same origin as a "scarp slope", the leading edge of escarpment, and in this case the escarpment is the ditch and wall of a fortress. So if a defensive ditch is dug on the inner side of a wall then there can be a counterscarp on both side of the wall.
  3. ^ Pasley, Charles William, Sir (1817) A Course of Military Instruction Originally Composed for the Use of the Royal Engineers: Volume 3 John Murray, London (p.380)